Исполнитель: | Bernie and Pod (Malti) |
Пользователь: | Ivan Farrugia |
Длительность: | 130 секунд |
Начальная пауза: | 12 секунд |
Названия аккордов: | Не установлено |
Матерная: | |
Комментарии к подбору: | Нет |
Int u Jien dal-Milied CAPO 4
Niftakar fi tfuliti C EM F G
f’dawk il-ġranet tal-Milied
kulħadd kien ferħan bi ħġaru
ħalli nżejnu l-klassijiet
Mill-iskola għad-duttrina
forsi nirbħu xi bambin
wara ġirja għal għand in-nanna
biex tagħtina biskuttin
Imma llum għadda ftit żmien AM F C G
it tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
il-Milied jiġi kull sena
x’valur għandu fost il-ġemgħa? AM F C AM
Kun int li tnissel l-għaqda f’dal-Milied F G C
Abbatini lkoll niltaqgħu C EM F G
għall-quddiesa tal-Milied
wieħed minna jgħid il-prietka,
il-bqija nisimgħu fis-skiet
Wara lura d-dar ninġabru
tazza te u xi pudina
imbagħad wara taħt is-siġra
naraw x’rigali ser jagħtina
Imma llum għadda ftit żmien AM F C G
it tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
il-Milied jiġi kull sena,
għal xi wħud iqabbeż demgħa, AM F C AM
Kun int li tnissel l-ferħ f’dal-Milied! F G C
Illum kbirna u ż-żmien għadda C EM F G
ħadd ma jerġa’ jġib iż-żmien,
it-tfulija tal-imħabba
qisha fjura fl-isbaħ ġnien.
Iżda f’qalbna nibqgħu ngħożżu
l-memorji u d-drawwiet
żmien li jibqa’ jgħix ġo qalbna
żmien li jnessi kull inkwiet
Imma llum għadda ftit żmien
it tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
f’dan iż-żmien tal-Milied
insa l-firda u insa l-ġlied,
kun int li tnissel l-għaqda f’dal-Milied!
Flimkien....Dal-Milied
Int u jien....Dal-Milied
Flimkien...Dal-Milied
Ningħaqdu lkoll...Dal-Milied